16.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 56/12


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2014 – Pilkington Group et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-72/09) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-ħġieġ tal-karozzi - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Ftehim ta’ qsim tas-swieq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Multi - Drittijiet tad-difiża - Applikazzjoni retroattiva tal-linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Valur tal-bejgħ - Rwol passiv jew minuri - Effett dissważiv tal-multa - Teħid inkunsiderazzjoni tal-multi imposti preċedentement - Limitu tal-multa - Rata ta’ kambju għall-kalkolu tal-limitu tal-multa”))

(2015/C 056/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pilkington Group Ltd (St Helens, ir-Renju Unit); Pilkington Automotive Ltd (Lathom, ir-Renju Unit); Pilkington Automotive Deutschland GmbH (Witten, il-Ġermanja); Pilkington Holding GmbH (Gelsenkirchen, il-Ġermanja); u Pilkington Italia SpA (San Salvo, l-Italja) (rappreżentanti: J. Scott, S. Wisking, K. Fountoukakos-Kyriakakos, solicitors, J. Turner, QC, A. Bates, barrister, C. Puech Baron u D. Katrana, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Castillo de la Torre, A. Biolan u M. Kellerbauer, sussegwentement A. Biolan, M. Kellerbauer u N. von Lingen u finalment A. Biolan, M. Kellerbauer u F. Ronkes Agerbeek, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 6815, tat-12 ta’ Novembru 2008, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Kawża COMP/39.125 – Ħġieġ tal-karozzi), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 863 finali, tal-11 ta’ Frar 2009, u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 1119 finali, tat-28 ta’ Frar 2013, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti, kif ukoll, sussidjarjament, talba għall-annullament tal-Artikolu 2 ta’ din id-deċiżjoni, sa fejn jimponi multa fuq ir-rikorrenti, jew, iktar sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Pilkington Group Ltd, Pilkington Automotive Ltd, Pilkington Automotive Deutschland GmbH, Pilkington Holding GmbH et Pilkington Italia SpA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk kollha sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, li min-naħa tagħha għandha tbati 10 % tal-ispejjeż tar-rikorrenti.


(1)  ĠU C 102, 01.05.2009.