30.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 130/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 15 ta’ Marzu 2011 — Ifemy's vs UASI

(Kawża T-50/09) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Dada & Co. kids - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti DADA - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)

2011/C 130/26

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ifemy’s Holding GmbH (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentant: H.-G. Augustinowski, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Partioħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Dada & Co. Kids Srl (Prato, l-Italja)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-27 ta’ Novembru 2008 (Każ R 911/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ifemy’s Holding GmbH u Dada & Co. Kids Srl.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ifemy’s Holding GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 90, 18.04.2009.