20.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 317/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ottubru 2010 — Deutsche Behindertenhilfe — Aktion Mensch vs UASI (diegesellschafter.de)

(Kawża T-47/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali diegesellschafter.de - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2010/C 317/51

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Behindertenhilfe — Aktion Mensch eV (Mainz, il-Ġermanja) (rappreżentanti: V. Töbelmann u A. Piltz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Pohlmann, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-27 ta’ Novembru 2008 (Każ R 1094/2008-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali diegesellschafter.de bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Deutsche Behindertenhilfe — Aktion Mensch eV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 102, 01.05.2009