|
12.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 46/11 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2010 — Storck vs UASI (Forma ta’ ġurdien taċ-ċikkulata)
(Kawża T-13/09) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Forma ta’ ġurdien taċ-ċikkulata - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Drittijiet tad-difiża)
2011/C 46/19
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: August Storck KG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Goldenbaum, T. Melchert u I. Rohr, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn G. Schneider, sussegwentement minn G. Schneider u R. Manea, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Novembru 2008 (Każ R 185/2006-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kkostitwit mill-forma ta’ ġurdien taċ-ċikkulata bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
August Storck KG hija kkundannata għall-ispejjeż. |