|
13.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 37/52 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Diċembru 2009 — Pascual García vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-106/09)
2010/C 37/83
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrent: César Pascual García (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: B. Cortese u C. Cortese, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Il-ħlas tad-dannu li jirriżulta min-nuqqas ta’ ħlas tal-paga u tal-emolumenti addizzjonali għall-perijodu bejn l-1 ta’ April 2006 u l-1 ta’ Marzu 2009, kif ukoll il-ħlas tal-interessi fuq is-somma dovuta.
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas tad-dannu li jirriżulta min-nuqqas ta’ ħlas tal-paga u tal-emolumenti addizzjonali għall-perijodu bejn l-1 ta’ April 2006 u l-1 ta’ Marzu 2009, kif ukoll għall-ħlas tal-interessi fuq is-somma dovuta; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |