|
13.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 37/52 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2009 — Scheefer vs Il-Parlament
(Kawża F-105/09)
2010/C 37/82
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Séverine Scheefer (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: R. Adam, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjonijiet tal-konvenut li jiċħad ir-riklassifikazzjoni tal-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju tar-rikorrenti għal impjieg għal perijodu indeterminat skont l-Artikolu 8(1) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg. Barra minn hekk, il-kumpens għad-dannu mġarrab mir-rikorrenti.
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
jannulla d-deċiżjoni tal-Parlament tat-12 ta’ Frar 2009; |
|
— |
jannulla d-deċiżjoni tal-Parlament tat-12 ta’ Ottubru 2009; |
|
— |
jannulla l-klassifikazzjoni legali tal-kuntratt inizjali kif ukoll id-data tal-iskadenza tiegħu, stabbilita għall-31 ta’ Marzu 2009; |
|
— |
għaldaqstant jirriklassifika l-impjieg tar-rikorrenti bħala impjieg għal perijodu indeterminat; |
|
— |
jikkumpensa d-dannu mġarrab mir-rikorrenti minħabba l-aġir tal-Parlament; |
|
— |
sussidjarjament, u fiċ-ċans remot li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jasal għall-konklużjoni li minkejja li sar kuntratt għal impjieg għal perijodu indeterminat, ir-relazzjoni ta’ xogħol kienet spiċċat, jagħti danni għal xoljiment abbużiv tar-rabta kuntrattwali; |
|
— |
b’mod iktar sussidjarju, u fiċ-ċans remot li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jasal għall-konklużjoni li l-ebda riklassifikazzjoni ma hija possibbli, jagħti danni għad-dannu mġarrab mir-rikorrenti minħabba l-aġir żbaljat tal-Parlament Ewropew; |
|
— |
jirriżerva lir-rikorrenti d-drittijiet, ir-rimedji, il-mezzi u l-azzjonijiet l-oħra kollha, u b’mod partikolari l-kundanna mill-Parlament għad-danni konnessi mad-dannu mġarrab; |
|
— |
jikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż. |