13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/51


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2009 — Diego Canga Fano vs Il-Kunsill

(Kawża F-104/09)

2010/C 37/81

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Diego Canga Fano (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodriguez u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropeja

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenut li ma jinkludix lir-rikorrent fil-lista tal-persuni promossi għall-grad AD 13 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2009.

Talbiet tar-rikorrent

Tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ma tinkludix lir-rikorrent fil-lista tal-persuni promossi għall-grad AD 13 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2009;

tannulla, sa fejn huwa meħtieġ, id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tiċħad l-ilment tar-rikorrent;

tikkundanna lill-Awtorità tal-Ħatra tħallas lir-rikorrent somma ffissata ex aequo et bono fl-ammont ta’ EUR 150 000 bħala kumpens għad-danni morali subit minnu, flimkien mal-interessi moratorji bir-rata legali mid-data li fiha din issir dovuta, kif ukoll somma ffissata ex aequo et bono fl-ammont ta’ Eur 50 000 bħala kumpens għad-dannu professjonali li sofra, flimkien mal-interessi moratorji bir-rata legali mid-data li fiha din issir dovuta;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.