|
5.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 148/54 |
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Marzu 2010 — Cuallado Martorell vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-96/09)
2010/C 148/95
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Eva Cuallado Martorell (Augsburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Díez Lorenzo, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni li biha r-rikorrenti ma titħalliex tipparteċipa għall-eżami orali tal-Kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/130/08, tar-rifjut ta’ aċċess għall-eżamijiet bil-miktub ikkoreġuti, kif ukoll l-annullament, b’effett retroattiv, tal-lista ta’ riżerva ppubblikata għar-reklutaġġ ta’ ġuristi lingwisti ta’ lingwa Spanjola.
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
jannulla d-deċiżjoni, tal-14 ta’ Settembru 2009, li permezz tagħha l-EPSO rrifjuta li jibgħat lir-rikorrenti kopja tal-eżamijiet bil-miktub tagħha u nota ta’ evalwazzjoni individwali li tindika r-raġunijiet li wasslu sabiex, fl-aħħar prova bil-miktub c), il-bord tal-għażla jagħtiha marka eliminatorja ta’ 18/40 u injora l-applikazzjoni tagħha sabiex tkun tista’ tipparteċipa għall-eżami orali tal-Kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/130/08. |
|
— |
jannulla d-deċiżjoni, tat-23 ta’ Lulju 2009, li permezz tagħha l-EPSO informa lir-rikorrenti li kien ser jikkonferma l-marka eliminatorja ta’ 18/40 mogħtija fl-aħħar eżami bil-miktub c) u ċaħħadha milli tipparteċipa għall-eżami orali tal-Kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/130/08, sabiex tiġi stabbilita lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ ġuristi lingwisti ta’ lingwa Spanjola. |
|
— |
jannulla l-lista ta’ riżerva ppubblikata wara l-kompetizzjoni b’effett retroattiv mid-data tal-publikazzjoni tal-imsemmija lista. |
|
— |
jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż. |