|
16.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 11/42 |
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2009 — Nikolchov vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-94/09)
2010/C 11/81
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Vladimir Nikolchov (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: B. Lemal, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tad-29 ta’ Lulju 2009 li tirrifjuta l-għoti tal-allowances ta’ kuljum lir-rikorrent, wara li ġie impjegat bħala uffiċjal bi prova fis-16 ta’ Jannar 2009.
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
tiddikjara li dan ir-rikors huwa ammissibbli fil-forma; |
|
— |
tiddikjara li kien hemm ksur tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 10 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal u tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ April 2004, li tirrigwarda dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni relattivi għall-applikazzjoni tal-Artikolu 7(3); |
|
— |
konsegwentement, tordna l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra (Nru R/9/09) tad-29 ta’ Lulju 2009, li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti li jitlob l-għoti tal-allowances ta’ kuljum abbażi tat-tieni dħul fis-servizz tiegħu, b’mod konformi mat-tieni inċiż tal-Artikolu 10(2)(b) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal; |
|
— |
tordna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrent l-allowances ta’ kuljum dovuti sal-ammont ta’ EUR 10 979,43, jew kwalunkwe ammont ieħor stabbilit mit-Tribunal, flimkien mal-interessi moratorji mid-data tal-preżentata tal-ilment sad-data tal-ħlas; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |