30.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/80


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ottubru 2009 — Z vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

(Kawża F-88/09)

2010/C 24/154

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Z (Lussemburgu, Lussemburgu) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent jiġi ttrasferit fl-interess tas-servizz lejn direzzjoni oħra, u, min-naħa l-oħra, il-kundanna tal-konvenuta għall-ħlas ta’ somma bħala kumpens għal dannu morali.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tat-18 ta’ Diċembru 2008 li tittrasferixxi lir-rikorrent għad-direttorat tal-librerija b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009;

sa fejn huwa neċessarju, tannulla d-deċizjoni tad-9 ta’ Lulju 2009, riċevuta fit-13 ta’ Lulju 2009 ta’ ċaħda tal-ilment;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta’ somma ta’ EUR 50 000 bħala kumpens għal dannu morali;

tikkundanna lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.