21.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 282/66 |
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2009 — Lenz vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-80/09)
2009/C 282/127
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Erika Lenz (Osnabrück, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Römer u V. Lenz, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-4 ta’ Mejju 2009, li ma jiġux rimborsati l-ispejjeż marbuta mat-trattament mediku li r-rikorrenti rċeviet minn “Heilpraktiker”.
Talbiet tal-partijiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tal-4 ta’ Mejju 2009, fil-forma tad-deċiżjoni dwar l-ilment tat-8 ta’ Lulju 2009 u tikkundanna lill-konvenuta għar-rimbors ta’ 85 % tal-ispejjeż tal-“Heilpraktiker”, li jammontaw għal EUR 297, u għalhekk għar-rimbors ta’ EUR 253, |
— |
tiddikjara li l-konvenuta għandha tirrimborsa lir-rikorrenti l-ispejjeż mediċi kollha sostnuti mill-1 ta’ April 2009 bħala ħlasijiet pagabbli lil “Heilpratiker”, |
— |
tordna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż tal-kawża u d-drittijiet tal-avukat tar-rikorrenti fil-kawża u qabel il-kawża. |