|
19.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 312/43 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2009 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-78/09)
2009/C 312/71
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta t-talba tar-rikorrent dwar ir-rimbors tal-ispejjeż proċedurali sostnuti fil-Kawża T-18/04, li fiha l-konvenuta ġie kkundannata b’sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-10 ta’ Ġunju 2008. Barra minn hekk, tikkundanna lill-konvenuta sabiex tikkumpensa d-dannu materjali u morali kkawżat lir-rikorrent.
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
jannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta, indipendentement mill-forma tagħha, li permezz tagħha ġiet miċħuda t-talba tat-22 ta’ Settembru 2008; |
|
— |
jannulla, sa fejn huwa neċessarju, id-deċiżjoni, indipendentement mill-forma tagħha, li permezz tagħha ġie miċħud l-ilment tat-8 ta’ April 2009; |
|
— |
jikkundanna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrenti, l-ammont ta’ EUR 15 882,31, flimkien mal-interessi moratorji bir-rata ta’ 10 % fis-sena b’kapitalizzazzjoni annwali, li jibda jiddekorri mid-data tat-talba tat-22 ta’ Settembru 2008 sa llum, bħala kumpens għad-dannu materjali subit mir-rikorrent minħabba d-deċiżjoni kkontestata u li seħħ matul l-imsemmi perijodu; |
|
— |
jikkundanna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrenti, pro bono et ex aequo, l-ammont ta’ EUR 6 500,00, jew ammont ikbar jew iżgħar li dan it-Tribunal jista’ jidhirlu ġust u ekwu, bħala kumpens għad-dannu morali u eżistenzjali subit mir-rikorrent minħabba d-deċiżjoni kkontestata u li seħħ matul il-perijodu mid-data tal-adozzjoni tagħha sa llum; |
|
— |
jikkundanna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrenti, għal kull ġurnata minn għada sa meta t-talba tat-22 ta’ Settembru 2008 tintlaqa’ in toto u mingħajr l-ebda eċċezzjoni u sa meta d-deċiżjonijiet jew atti rilevanti, mingħajr eċċezzjoni, jiġu implementati, l-ammont ta’ EUR 5, jew ammont ikbar jew iżgħar li dan it-Tribunal jista’ jidhirlu ġust u ekwu, fl-ewwel ġurnata ta’ kull xahar fir-rigward tad-drittijiet immaturati mix-xahar ta’ qabel, bħala kumpens għad-dannu subit mir-rikorrent minħabba d-deċiżjoni kkontestata u li seħħ matul l-imsemmi perijodu; |
|
— |
jikkundanna lill-konvenuta tħallas lura l-ispejjeż, id-drittijiet u l-onorarji kollha tal-proċedura li jirrigwardaw dan ir-rikors. |