10.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/17


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Awissu 2009 — Caminiti vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-71/09)

2009/C 244/29

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Paolo Caminiti (Tubize, il-Belġju) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li tikklassifika lir-rikorrent fil-grad AST 9, skala 4 b’fattur ta’ multiplikazzjoni ugwali għal 1 u, konsegwentement, ir-reintegrazzjon tar-rikorrent fil-grad AST 9, skala 2 b’żamma tal-fattur ta’ multiplikazzjoni 1,071151

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni li tikklassifika lir-rikorrent fil-grad AST 9, skala 4, b’fattur ta’ multiplikazzjoni ugwali għal 1, misjuba fil-karta tas-salarju tar-rikorrent ta’ Marzu 2009;

konsegwentement, tintegra mill-ġdid lir-rikorrent fil-grad AST 9, skala 2 b’żamma tal-fattur ta’ multiplikazzjoni 1,071151, b’effett mill-1 ta’ Marzu 2009;

tirreintegra kompletament il-karriera tar-rikorrent b’effett retroattiv mill-1 ta’ Marzu 2009 sad-data tal-klassifikazzjoni tiegħu fil-grad u skala hekk mibdula (inkluża ż-żieda fl-esperjenza tiegħu fil-klassifikazzjoni hekk mibdula, id-drittijiet tiegħu għall-avvanzament u d-drittijiet tal-pensjoni), inkluż il-ħlas tal-interessi moratorji abbażi tar-rata ffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid, applikabbli fil-perijodu kkonċernat, miżjuda b’żewġ punti, fuq l-ammonti kollha korrispondenti għad-differenza bejn is-salarju li jikkorrespondi għall-klassifikazzjoni tiegħu li tidher fid-deċiżjoni tal-klassifikazzjoni u l-klassifikazzjoni li għaliha huwa jmissu kellu dritt sad-data meta tiġi adottata d-deċiżjoni tal-klassifikazzjoni regolari tiegħu; sussidjarjament, l-għoti ta’ punti ta’ promozzjoni lir-rikorrent li jikkorrispondu għall-bidla tal-fattur ta’ multiplikazzoni fil-fattur “żmien”;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.