29.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 205/51 |
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2009 — Saracco vs BĊE
(Kawża F-66/09)
2009/C 205/94
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Roberta Saracco (Arona, l-Italja) (rappreżentant: F. Parrat, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE li tiċħad lir-rikorrenti t-tiġdid ta’ leave għal raġunijiet personali.
Talbiet tar-rikorrent
— |
tannulla d-deċiżjoni li tirrifjuta lir-rikorrenti leave għal raġunijiet personali mill-1 ta’ Novembru 2008; |
— |
sa fejn hu meħtieġ, tannulla d-deċiżjonijiet ta’ rifjut tar-reviżjoni u ta’ ċaħda tal-ilment; |
— |
tikkundanna lill-Bank Ċentrali Ewropew għall-ispejjeż. |