29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/48


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2009 — Petrilli vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-51/09)

2009/C 205/89

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Alessandro Petrilli (Grottammare) (rappreżentanti: J.-L. Lodomez, J. Lodomez, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra dwar l-iffisar tar-residenza prinċipali tar-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tad-19 ta’ Frar 2009 li permezz tagħha l-Awtorità tal-Ħatra ċaħdet l-iffisar tar-residenza prinċipali tar-rikorrent fl-Italja;

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas, fuq l-ammonti dovuti abbażi tal-applikazzjoni retroattiva tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni l-Italja fuq il-pensjoni tiegħu, l-allowance ta’ installazzjoni mill-ġdid u l-irdoppjar tal-allowance tal-familja, mill-1 ta’ Lulju 2007, interessi bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament, applikabbli fil-perijodu kkonċernat, b’żieda ta’ żewġ punti;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.