16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/40


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2009 — V vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża F-46/09)

2010/C 11/76

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: V (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Minn naħa, talba għall-annullament tal-parir mediku ta’ inkapaċità fiżika tat-18 ta’ Diċembru 2008 u, min-naħa l-oħra, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 li tirtira l-offerta ta’ xogħol li saret preċedentement lir-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 tad-Direttur tat-Tmexxija Amministrattiva tal-Persunal li tirtira, minħabba inkapaċità biex jiġi reklutat, l-offerta ta’ xogħol bħala membru tal-persunal bil-kuntratt fi ħdan is-Segretarjat Ġenerali li saret lir-rikorrent fl-10 ta’ Diċembru 2008;

tannulla l-parir mediku ta’ inkapaċità fiżika tat-18 ta’ Diċembru 2008 tat-tabib tal-Parlament sa fejn dan jikkonkludi dwar l-inkapaċità tar-rikorrent minn naħa, mingħajr biss ma għamel eżami mediku tiegħu u, min-naħa l-oħra, billi bbaża ruħu biss fuq id-deċiżjoni ta’ inkapaċità biex jiġi reklutat li ttieħdet mit-tabib tal-Kummissjoni Ewropea fl-2006 sussegwentement ikkonfermata minn kummissjoni medika b’mod irregolari, wara t-talba għall-annullament tal-imsemmija Kummissjoni min-naħa tar-rikorrent — dawn id-deċiżjonijiet kienu kkontestati quddiem din il-qorti fil-Kawża F-33/08, li għadha pendenti;

Wara dawn l-annullamenti, torganizza vista medika reali bil-għan ta’ reklutaġġ mall-Parlament li ma tkunx diskriminatorja u li terġa tinfetaħ il-kariga offerta lir-rikorrent fid-DĠ Komunikazzjoni tal-Parlament Ewropew;

talloka kumpens għad-dannu materjali u morali subit mir-rikorrent evalwat b’mod provviżorju ex aequo et bono fl-ammont ta’ EUR 70 000 (flimkien mal-interessi moratorji li l-ammont tagħhom għandu jiġi kkalkolat bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament, miżjuda b’żewġ punti, mit-18 ta’ Diċembru 2008), suġġett għal żieda jew tnaqqis matul il-kawża;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.