|
6.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 129/22 |
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ April 2009 — Tzvetanova vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-33/09)
2009/C 129/40
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Aglika Tzvetanova (Brussell, il-Belgju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Oġġett u deskrizzjoni tal-kawża
It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad lir-rikorrenti l-allowance ta’ espatrijazzjoni prevista fl-Artikolu 4(1)(a) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal.
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ma tagħtix l-allowance ta’ espatrijazzjoni lir-rikorrenti; |
|
— |
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |