18.4.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 90/40 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2009 – Almeida Campos et vs Il-Kunsill
(Kawża F-14/09)
2009/C 90/66
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Ana Maria Almeida Campos (Brussell, il-Belġju) u oħrajn (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropeja
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra li r-rikorrenti ma jiġux promossi għal grad AD 12 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2008 u, sa fejn ikun meħtieġ, tad-deċiżjonijiet ta’ promozzjoni għal dan il-grad, fir-rigward tal-istess proċedura ta’ promozzjoni, tal-uffiċjali li isimhom huwa inkluż fil-lista tal-uffiċjali promossi ppubblikata fil-komunikazzjoni lill-persunal (CP) Nru 72/08 tal-21 ta’ April 2008.
Talbiet tar-rikorrenti
— |
Tannulla d-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-ħatra li r-rikorrenti ma jiġux promossi għall-grad AD 12 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2008 u, sa fejn ikun meħtieġ, id-deċiżjonijiet ta’ promozzjoni għal dan il-grad, fir-rigward tal-istess proċedura ta’ promozzjoni, tal-uffiċjali li isimhom huwa inkluż fil-lista tal-uffiċjali promossi ppubblikata fil-komunikazzjoni lill-persunal (CP) Nru 72/08 tal-21 ta’ April 2008; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż. |