7.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 55/53 |
Rikors ippreżentat fis-16 ta' Jannar 2009 — Ridolfi vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-3/09)
(2009/C 55/98)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Roberto Ridolfi (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewoprej
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tirrifjuta lir-rikorrent il-benefiċċju tat-taħriġ mill-ġdid u ż-żamma tal-allowances għall-edukazzjoni biż-żieda għaż-żewġt itfal il-kbar tiegħu.
Talbiet tar-rikorrent
— |
Tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-5 ta' Marzu 2008 li tirrifjuta lir-rikorrent il-benefiċċju tat-taħriġ mill-ġdid u ż-żamma tal-allowances għall-edukazzjoni biż-żieda għaż-żewġt itfal il-kbar tiegħu; |
— |
tannulla kull deċiżjoni tal-Kummissjoni meħuda f'eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-5 ta' Marzu 2008 iċċitata iktar 'il fuq, b'mod partikolari n-nota tal-Kap tas-Sezzjoni “Drittijiet u obbligi tal-uffiċjali u tal-membri tal-persunal bil-kuntratt” tad-Direttorat Servizzi Esterni tad-DĠ RELEX tat-12 ta' Diċembru 2008, għall-irkupru tas-somma ta' EUR 1 295,38; |
— |
safejn ikun neċessarju, tannulla d-deċiżjoni espliċita tal-Kummissjoni tas-6 ta' Ottubru 2008 li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrent, skont l-Artikolu 90(2), fil-5 ta' Ġunju 2008; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż. |