30.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/79


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-30 ta’ Novembru 2009 — Lebedef vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-54/09) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Leave annwali - Sekondar part-time għall-finijiet ta’ rappreżentazzjoni tat-trejdjunjin - Assenza mhux awtorizzata - Tnaqqis tad-dritt għal-leave annwali - Artikolu 60 tar-Regolamenti tal-Persunal - Rikors manifestament infondat)

2010/C 24/150

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Giorgio Lebedef (Senningerberg, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u G. Berscheid, aġenti)

Suġġett

L-annullament ta’ deċiżjonijiet varji dwar it-tnaqqis ta’ 39 ġurnata mill-ġranet ta’ leave tar-rikorrent għas-sena 2008.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.

(2)

G. Lebedef għandu jbati l-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 167, 18.7.2009, p. 28