27.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/50


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-15 ta’ Frar 2011 — Barbin vs Il-Parlament

(Kawża F-68/09) (1)

(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Proċedura ta’ promozzjoni 2006 - Eżekuzzjoni ta’ sentenza tat-Tribunal - Eżami komparattiv tal-merti - Prinċipju ta’ trattament ugwali - Leave parentali għal nofs il-ħin)

2011/C 252/107

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Florence Barbin (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment minn A. Lukošiūtė u C. Burgos, aġenti, u sussewgentement minn J. F. de Wachter, R. Ignătescu u K. Zejdová, aġenti)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma tippromoviex lir-rikorrenti għall-Grad AD 12 għall-proċedura ta’ promozzjoni 2006.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

F. Barbin għandha tbati l-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 220, 12.09.09, p. 43.