8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/29


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-17.10.2013 — Birkhoff vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-60/09 RENV)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rinviju lill-Qorti Ġenerali wara annullament - Remunerazzjoni - Allowances tal-familja - Allowance għall-ulied dipendenti - Tarbija milquta b’marda gravi jew b’diżabbiltà li tipprekludiha milli twettaq ħtiġijietha - Talba għal proroga tal-għoti tal-allowance)

(2014/C 71/54)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Gerhard Birkhoff (Wietnau, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Inzillo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Rinviju wara annullament — Servizz pubbliku — Annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent intiża li tinkiseb proroga tal-ħlas tal-allowance għall-ulied dipendenti skont il-ħames paragrafu tal-Artikolu 2 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti minn G. Birkhoff fil-Kawża F-60/09 u fil-Kawża T-10/11 P.

(3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha sostnuti fil-Kawża F-60/09 RENV.