23.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/72


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ Ġunju 2010 — Knöll vs L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

(Kawża F-44/09) (1)

(Servizz pubbliku - Persunal tal-Europol - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt - Kuntratt għal żmien indeterminat - Artikolu 6 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Europol - Prinċipju tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża)

(2010/C 288/134)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Brigitte Knöll (Hochheim am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: iniżjalment irrappreżentata minn P. de Casparis, avukat, sussegwentement minn W. J. Dammingh u N. D. Dane, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (rappreżentanti: D. Neumann u D. El Khoury, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur u R. Van der Hout, avukati)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tat-12 ta’ Ġunju 2008 li tinforma lir-rikorrenti bl-impossibbiltà li jiġi offrut lilha impjieg permanenti, kif ukoll tad-deċiżjoni tas-7 ta’ Jannar 2009 li tiċħad l-ilment ippreżentat kontra l-ewwel deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tat-12 ta’ Ġunju 2008, li permezz tagħha l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) irrifjutat li tagħti kuntratt għal żmien indeterminat lil B. Knöll hija annullata.

(2)

Europol hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 180, 01.08.09, p. 64