22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/51


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Marzu 2010 — N vs Il-Parlament

(Kawża F-26/09) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Talba għad-danni - Ammissibbiltà - Fastidju psikoloġiku - Dmir ta’ premura - Dannu morali)

2010/C 134/85

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: N (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

Konvenut: Il-Parlament (rappreżentanti: K. Zejdová u R. Ignătescu, aġenti)

Suġġett

Il-kundanna tal-Parlament li jħallas lir-rikorrent is-somma ta’ Eur 12 000 bħala kumpens għad-danni mġarrba, minn naħa, minħabba fastidju psikoloġiku u professjonali li tiegħu kien vittma u, min-naħa l-oħra, minħabba n-nuqqas ta’ investigazzjoni amministrattiva interna minn korp indipendenti

Dispożittiv

(1)

Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat iħallas lil N kumpens ta’ Eur 2 000.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll tliet kwarti tal-ispejjeż ta’ N.

(4)

N għandu jbati kwart tal-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 153, 4.7.2009, p. 51