31.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 209/53 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Mejju 2010 — Peláez Jimeno vs Il-Parlament
(Kawża F-13/09) (1)
(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Ilment imressaq qabel - Terminu għal-preżentazzjoni ta’ lment - Dewmien - Prova - Ex membru tal-persunal temporanju - Ħatra bħala uffiċjal - Artikolu 5(4) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Trattament ugwali)
2010/C 209/81
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Peláez Jimeno (Relegem-Asse, il-Belġju) (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment C. Burgos u K. Zejdová, sussegwentement K. Zejdová u S. Seyr, aġenti)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tikklassifika lir-rikorrenti bħala uffiċjal bi prova fi grad u skala inferjuri minn dawk li hija kellha bħala membru tal-persunal temporanju.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
(2) |
J. Peláez Jimeno hija kkundannata għall-ispejjez kollha. |
(1) ĠU C 90, 18.04.2009, p. 40.