|
30.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 24/77 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-30 ta’ Novembru 2009 — Ridolfi vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-3/09) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Uffiċjali assenjati f’pajjiż terz - Allowance għall-edukazzjoni biż-żieda - Riassenjazzjoni fil-kwartieri ġenerali - Taħriġ mill-ġdid - Perijodu ta’ assenjazzjoni normali - Artikoli 3 u 15 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal)
2010/C 24/143
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Roberto Ridolfi (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Martin u B. Eggers, aġenti)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tirrifjuta lir-rikorrent il-benefiċċju tat-taħriġ mill-ġdid u ż-żamma tal-allowances għall-edukazzjoni biż-żieda għaż-żewġt itfal il-kbar tiegħu.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
R. Ridolfi huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
(1) ĠU C 55, 07.03.2009, p. 53.