Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-1 ta’ Lulju 2009 – Marinova vs Université Libre de Bruxelles u Il-Kummissjoni

(Kawża C‑29/09 P)

“Appell – Kuntratt ta’ finanzjament Komunitarju ta’ proġett ta’ riċerka – Klawżola ta’ arbitraġġ – Rikors imressaq minn persuna li mhijiex parti f’dan il-kuntratt – Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza”

Appell - Aggravji - Nuqqas ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat - Inammissibbiltà (Artikolu 225 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(ċ)) (ara l-punti 17, 20)

Suġġett

Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla), tal-5 ta’ Novembru 2008, Marinova vs Il-Kummissjoni u Université Libre de Bruxelles (T-213/08 u T-213/08 AJ), li permezz tiegħu l-Qorti tal-Prim’Istanza ddikjarat li ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex teżamina r-rikors ippreżentat minn D. Marinova abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ f’kuntratt ta’ finanzjament Komunitarju ta’ proġett ta’ riċerka konkluż bejn il-Kummissjoni u l-Université libre de Bruxelles (ULB) - Obbligi li jirriżultaw minn kuntratt ta’ xogħol konkluż mir-rikorrenti mal-ULB fil-kuntest ta’ dan il-proġett ta’ riċerka - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

D. Marinova għandha tbati l-ispejjeż tagħha.