27.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/21


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir–Renju ta’ Spanja

(Kawża C-529/09)

2010/C 51/34

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: L. Flynn u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja

Talbiet tar-rikorrenti

Tiddikjara li r-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE u l-Artikoli 2 u 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/509/KE, tal-14 ta’ Ottubru 1998, dwar għajnuna mogħtija minn Spanja lill-impriżi tal-grupp Magefesa u s-suċċessuri tiegħu (ĠU 1999, L 198, p. 15), billi ma adottax il-miżuri neċessarji sabiex jiplementa l-imsemmija deċiżjoni fir-rigward ta’ Industrias Domésticas, S.A. (Indosa)

Tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-Renju ta’ Spanja ma adottax, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji sabiex jimplementa d-Deċiżjoni 1999/509/KE fir-rigward ta’ Industrias Domésticas, S.A. (Indosa)