13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/25


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Estonja

(Kawża C-515/09)

2010/C 63/40

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Marghelis u K. Saaremäel-Stoilov)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Estonja

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji kollha sabiex tittrasponi d-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE (1), ir-Repubblika tal-Estonaja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-imsemmija direttiva.

tikkundanna lir-Repubblika tal-Estonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu sabiex id-direttiva tiġi trasposta fis-sistema legali nazzjonali skada fl-1 ta’ Mejju 2008.


(1)  ĠU L 102, p. 15