13.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/21 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Diċembru 2009 — Finanzamt Burdorf vs Manfred Bog
(Kawża C-497/09)
2010/C 63/34
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Finanzamt Burdorf
Konvenut: Manfred Bog
Domandi preliminari
(1) |
Il-bejgħ ta’ ikel jew platti msajra għall-konsum immedjat jikkostitwixxi provvista ta’ oġġetti fis-sens tal-Artikolu 5 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388KEE (1) fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ? |
(2) |
Ir-risposta għall-ewwel domanda tippendendi fuq jekk humiex ipprovduti elementi addizzjonali ta’ servizz (il-provvista, għall-użu, ta’ faċilitajiet oħra għall-konsum fuq il-post)? |
(3) |
Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, it-terminu “affarijiet tal-ikel” fil-Kategorija 1 tal-Anness H tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jkopri biss ikel għat-“take away” meta huwa normalment mibjugħ fi ħwienet tal-merċa, jew huwa jkopri wkoll ikel jew pjatti li tħejjew billi ġew mgħollija, mixwija, il-forn jew b’xi mod ieħor għall-konsum immedjat? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23