13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fil-25 ta’ Novembru 2009 — Charles Defossez vs Christian Wiart, stralċjatur ta’ Sotimon SARL, Office national de l’emploi, CGEA ta’ Lille

(Kawża C-477/09)

2010/C 37/19

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Charles Defossez

Konvenuti: Christian Wiart, fil-kwalità ta’ stralċjatur ta’ Sotimon SARL, Office national de l’emploi (fonds de fermeture d’entreprises), CGEA ta’ Lille

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 8a tad-Direttiva tal-Kunsill 80/987/KEE, tal-20 ta’ Ottubru 1980, dwar it-taqrib tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-impjegati f’każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom (1), kif emendata mid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/74/KE, tat-23 ta’ Settembru 2002 (2), li fl-ewwel paragrafu tiegħu jipprovdi li, meta impriża b’ħidmiet fit-territorji f’mill-inqas żewġ Stati Membri tkun fi stat ta’ insolvenza, l-istituzzjoni responsabbli mill-ħlas tal-pretensonijiet pendenti tal-impjegati għandha tkun dik fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu dawn jaħdmu jew jaħdmu normalment u, fit-tieni paragrafu tiegħu, jipprovdi li l-kobor tad-drittijiet tal-impjegati jiġi stabbilit mil-liġijiet li jirregolaw l-istituzzjoni kompetenti tal-garanzija, għandu jiġi interpretat bħala li jistabbilixxi l-istituzzjoni kompetenti bl-esklużjoni ta’ kull istituzzjoni oħra, jew, fid-dawl tal-għan tad-Direttiva, li huwa dak li jiġu kkonsolidati d-drittijiet tal-ħaddiema li jgħamlu użu mil-libertà ta’ ċirkolazzjoni tagħhom u tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9 ta’ din l-istess direttiva, li jgħid li din ma taffettwax l-għażla tal-Istati Membri li japplikaw jew idaħħlu liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi li jaqblu aktar lill-impjegati, għandu jiġi interpretat bħala li ma jiċħadx lill-impjegat mid-dritt li jgawdi, minflok mill-garanzija ta’ din l-istituzzjoni, minn dik l-iktar favorevoli tal-istituzzjoni li min jimpjeghom ikun assigurat magħha u jikkontribwixxi għaliha b’applikazzjoni tad-dritt nazzjonali?


(1)  ĠU L 283, p. 23.

(2)  ĠU L 270, p. 10.