30.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/29


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Novembru 2009 — Reinhard Prigge, Michael Fromm, Volker Lambach vs Deutsche Lufthansa AG

(Kawża C-447/09)

2010/C 24/55

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Reinhard Prigge, Michael Fromm, Volker Lambach

Konvenuta: Deutsche Lufthansa AG

Domandi preliminari

L-Artikolu 2(5), l-Artikolu 4(1) u/jew l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol u/jew il-prinċipju ġenerali tad-dritt Komunitarju li jipprojbixxi diskriminazzjoni minħabba fl-età għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jirrikonoxxu dispożiżżjoni fi ftehim kollettiv li tipprovdi għal limitu ta’ età ta’ 60 sena għall-bdoti sabiex tiġi żgurata s-sigurtà fl-avjazzjoni?