30.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (Il-Ġermanja) fid-9 ta’ Novembru 2009 — Attila Belkiran vs Oberbürgermeister der Stadt Krefeld

(Kawża C-436/09)

2010/C 24/47

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Attila Belkiran.

Konvenut: Oberbürgermeister der Stadt Krefeld.

Domanda preliminari

Il-protezzjoni kontra t-tkeċċija mogħtija mill-Artikolu 14(1) tad-Deċiżjoni Nru 1/80 [tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni KE-Turkija] mogħtija lil ċittadin Tork li jikseb dan id-dritt mill-Artikolu 7 ta’ din id-Deċiżjoni, fl-Istat Membru li fih huwa rrisjeda matul l-għaxar snin preċedenti, hija rregolata mill-Artikolu 28(3)(a) tad-Direttiva 2004/38/KE (1) b’mod li tkeċċija hija permessa biss għal raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika hekk kif iddefiniti mill-Istat Membru?


(1)  Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċijali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46-61)