|
19.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 312/15 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ċeka
(Kawża C-378/09)
2009/C 312/24
Lingwa tal-kawża: Iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Šimerdová, J.-B. Laignelot, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka
Talbiet
|
— |
tiddikjara li, billi ma ttrasponietx korrettament fis-sistema legali nazzjonali tagħha d-dispożizzjonijiet tal-ewwel, it-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 10a tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (1), fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mid-Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE (2) u mid-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-ewwel, it-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 10a ta’ din id-direttiva; |
|
— |
tikkundanna lir-Repubblika Ċeka għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva fis-sistema legali nazzjonali skada fil-25 ta’ Ġunju 2005.
(1) ĠU L 175, p. 40.
(2) Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE, tat-3 ta’ Marzu 1997, li temenda d-Direttiva 85/337/KEE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (GU L 73, p. 5).
(3) Direttiva 2003/35/KE tal-Palament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003, li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu mal-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja, GU L 156, p. 17.