5.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 297/18 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Antwerpen (Il-Belġju) fit-8 ta’ Settembru 2009 — Belgisch Interventie- en Restitutiebureau vs SGS Belgium NV, Firme Derwa NV u Centraal Beheer Achmea NV
(Kawża C-367/09)
2009/C 297/24
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van beroep te Antwerpen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Belgisch Interventie- en Restitutiebureau.
Konvenuti: SGS Belgium NV, Firme Derwa NV u Centraal Beheer Achmea NV.
Domandi preliminari
(1) |
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5 u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (1), tat-18 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea, għandhom effett dirett fis-sistemi legali nazzjonali tal-Istati Membri, fin-nuqqas ta’ marġni ta’ diskrezzjoni ta’ dawn l-Istati Membri kif ukoll ta’ ħtieġa min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali li jadottaw miżuri ta’ implementazzjoni? |
(2) |
Kumpannija li mill-aspett internazzjonali hija speċjalizzata fil-qasam tal-kontroll u tas-sorveljanza u li hija rikonoxxuta mill-Istat Membru li fih isiru l-formalitajiet doganali għall-esportazzjoni, f’dan il-każ il-Belġju, li ppreżentat dikjarazzjoni ineżatta fir-rigward tal-ħatt, fis-sens tal-Artikolu 18(2)(ċ) tar-Regolament 3665/87/KEE (2), tista’ tiġi kkunsidrata bħala operatur ekonomiku, fis-sens tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2988/95/KE u għaldaqstant bħala persuna li pparteċipat fit-twettieq tal-ksur jew bħala persuna li tista’ titqies responsabbli għall-ksur jew saħansitra bħala persuna li kellha tevita li dan il-ksur iseħħ, fis-sens tal-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament? |
(3) |
Il-komunikazzjoni ta’ rapport dwar stħarriġ immexxi mill-Bord ta’ Spezzjoni Ekonomika, ittra li titlob li jiġu ppreżentati dokumenti addizzjonali sabiex tiġi ġġustifikata l-importazzjoni għall-konsum jew ittra rreġistrata li timponi sanzjoni, jistgħu jiġu kkunsidrati bħala atti istruttorji jew bħala proċedimenti legali fis-sens tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995? |
(1) ĠU L 312, p. 1.
(2) Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87 tas-27 ta’ Novembru 1987, li jipprovdi regoli komuni għall-applikazzjoni tal-iskema ta’ rifużjonijiet għall-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli (ĠU L 351, p. 1).