24.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 256/16


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-366/09)

2009/C 256/31

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Braun u E. Vesco, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet tal-parti rikorrenti

tiddikjara li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2006/43/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE jew, f’kull każ, billi naqset milli tikkomunikhom lill-Kummissjoni, l-Italja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-Direttiva 2006/43/KE;

tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu previst għat-traspożizzjoni tad-direttiva fis-sistema legali interna skada fit-28 ta’ Ġunju 2008.


(1)  ĠU L 157, p. 87