5.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 297/18 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Bonn (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Settembru 2009 — Pfleiderer AG vs Bundeskartellamt
(Kawża C-360/09)
2009/C 297/23
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Bonn
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Pfleiderer AG
Konvenut: Bundeskartellamt
Domandi preliminari
Id-dispożizzjonijiet tad-dritt Komunitarju fil-qasam tal-akkordji, b’mod partikolari l-Artikoli 11 u 12 tar-Regolament Nru 1/2003 (1) kif ukoll id-dispożizzjonijiet tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 10 flimkien mal-Artikolu 3(1)(g) KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-partijiet leżi b’akkordju ma għandhomx, fil-każ fejn jinvokaw talbiet taħt id-dritt ċivili, jingħataw aċċess għall-applikazzjonijiet ta’ klemenza u għall-informazzjoni u dokumenti li ġew innotifikati volontarjament f’dan il-kuntest minn kandidati għal klemenza lill-awtorità ta’ kompetizzjoni ta’ Stat Membru, skont programm nazzjonali ta’ klemenza fil-kuntest ta’ proċedura ta’ multa intiża (wkoll) għall-osservanza tal-Artikolu 81 KE?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 08 Volum 02, p. 205.