19.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Ítélőtábla (Repubblika Ungeriża) fis-7 ta’ Settembru 2009 — Dr. Donat Cornelius Ebert vs Budapesti Ügyvédi Kamara

(Kawża C-359/09)

2009/C 312/20

Lingwa tal-kawża: L-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Ítélőtábla

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Dr. Donat Cornelius Ebert

Konvenut: Budapesti Ügyvédi Kamara

Domandi preliminari

(1)

Jistgħu d-Direttiva tal-Kunsill 89/48/KE (1) u d-Direttiva 98/5/KE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jiġu interpretati fis-sens li r-rikorrent, ċittadin Ġermaniż, li għadda mill-eżami sabiex ikun jista’ jeżerċita l-professjoni ta’ avukat fil-Ġermanja, huwa membru tal-kamra tal-avukati lokali u għandu permess sabiex joqgħod u jaħdem fl-Ungerija, ikun intitolat, mingħajr ma huwa membru tal-kamra tal-avukati Ungeriża, li juża mingħajr kwalunkwe permess it-titolu uffiċjali ta’ “ügyvéd” (avukat), li huwa t-titolu uffiċjali fl-Ungerija, Stat ospitanti, quddiem il-qrati u fil-proċeduri amministrattivi, minbarra t-titolu Ġermaniż ta’ “Rechtsanwalt” u dak Ungeriż ta’ “európai közösségi jogász” (avukat Eropew)?

(2)

Id-Direttiva 98/5/KE tissupplimenta d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 89/48/KE fis-sens li, fir-rigward tal-eżerċiżju tal-attività ta’ avukat, din hija lex specialis fil-qasam tagħha, filwaqt li d-Direttiva 89/48/KE tirregola biss b’mod ġenerali r-rikonoxximent ta’ diplomi ta’ edukazzjoni ogħla?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 89/48/KE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta’ diplomi ta’ edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar tal-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta’ mill-inqas tliet snin (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 5 Volum 1 p. 337)

(2)  Direttiva 98/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 1998, sabiex tkun iffaċilitata l-prattika tal-professjoni ta’ avukat fuq bażi permanenti fl-Istati Membri minbarra dak fejn kienet miksuba l-kwalifikazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 6 Volum 3 p. 83)