20.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 317/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Mora Kommun (l-Isvezja) fil-21 ta’ Awwissu 2009 — Dan Bengstsson vs Tele2 Sverige AB, Telenor Sverige AB, Telia Sonera Mobile Networks AB, Teracom

(Kawża C-344/09)

()

2010/C 317/24

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Mora Kommun

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Dan Bengstsson

Konvenuti: Tele2 Sverige AB, Telenor Sverige AB, Telia Sonera Mobile Networks AB, Teracom

Domanda preliminari

(1)

Il-Miljö- och hälsoskyddsnämnden [Kummissjoni għal protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa] tal-komun ta’ Mora (l-Isvezja) titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja tiġi adita fir-rigward ta’ domanda preliminari dwar l-interpretazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 1999/519/KE (1) fir-rigward tal-Artikolu 174(2) KE. Id-domanda hija dwar jekk il-livelli ta’ referenza tal-kampijiet elettromanjetiċi previsti minn din ir-rakkomandazzjoni għandhomx jiġu interpretati fis-sens li dawn għandhom jiġu kkunsidrati bħala linji gwida għall-implementazzjoni tal-prinċipju ta’ prekawzjoni jew jekk l-imsemmi prinċipju huwiex kumplementari għar-Rakkomandazzjoni 1999/519?


(1)  Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 1999/519/KE, tal-21 ta’ Lulju 1999, dwar il-limitazzjoni tal-esponiment tal-pubbliku ġenerali għall-kampijiet elettromanjetiċi (0 Hz sa 300 GHz) (ĠU L 199, p. 59)