7.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 267/42


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Meiningen (il-Ġermanja) fit-24 ta’ Awwissu 2009 — Frank Scheffler vs Landkreis Wartburgkreis

(Kawża C-334/09)

2009/C 267/73

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Meiningen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Frank Scheffler

Konvenut: Landkreis Wartburgkreis

Domandi preliminari

Skont l-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 8(2) u (4) tad-Direttiva 91/439/KEE, (1) jista’ Stat Membru jeżerċita l-awtorità tiegħu taħt l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/439/KEE — sabiex japplika id-dispożizzjonijiet nazzjonali tiegħu dwar ir-restrizzjoni, is-sospensjoni, l-irtirar jew it-tħassir tad-dritt tas-sewqan għal possessur ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor — fir-rigward ta’ ċertifikat ta’ kapaċità ta’ sewqan ippreżentat mill-possessur ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor jekk iċ-ċertifikat kien maħruġ wara d-data ta’ ħruġ tal-liċenzja tas-sewqan u huwa wkoll ibbażat fuq eżami tal-parti kkonċernata magħmul wara l-ħruġ tal-liċenzja tas-sewqan, imma huwa relatat ma’ fatti li saru qabel il-ħruġ tal-liċenzja tas-sewqan.


(1)  Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE tad-29 ta’ Lulju 1991 dwar il-liċenzji tas-sewqan (ĠU L 237, 24.8.1991, p. 1).