21.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 282/19 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (England and Wales), Chancery Division fit-12 ta’ Awwissu 2009 — Interflora Inc, Interflora British Unit vs Marks & Spencer plc, Flowers Direct Online Limited
(Kawża C-323/09)
2009/C 282/37
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice (England and Wales), Chancery Division.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Interflora Inc, Interflora British Unit.
Konvenuti: Marks & Spencer plc, Flowers Direct Online Limited
Domandi preliminari
(1) |
Fil-każ fejn kummerċjant, li huwa kompetitur ta’ proprjetarju ta’ trade mark irreġistrata u li jbigħ merkanzija u servizzi identiċi għal dawk koperti mit-trade mark permezz tas-sit Internet tiegħu, (i) jagħżel sinjal li huwa identiku (fis-sens tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-291/00) għat-trade mark bħala kelma gwida għas-servizz tal-link sponsorjat propost mill-operatur ta’ mutur ta’ tfittxija, (ii) jindika dan is-sinjal bħala kelma gwida, (iii) jassoċja s-sinjal mal-URL tas-sit Internet tiegħu, (iv) jiddetermina l-prezz għal kull click li ser iħallas fir-rigward ta’ din il-kelma gwida, (v) jipprogramma l-ħin li fih għandu jidher il-link sponsorjat u (vi) juża s-sinjal f’korrispondenza ta’ negozju relatata mal-fatturazzjoni u l-ħlas ta’ miżati jew mal-ġestjoni tal-kont tiegħu mal-operatur tal-mutur ta’ tfittxija, iżda l-link sponsorjat ma jinkludix, fih innifsu, sinjal jew sinjal simili, wieħed minn dawn l-atti jew dawn l-atti kollha jikkostitwixxu “użu” tas-sinjal mill-kompetitur fis-sens tal-Artikolu 5(1)(a) tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE (1) tal-21 ta’ Diċembru 1988 (“Id-Direttiva dwar it-trade marks”) u tal-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 40/94 (2) tal-20 ta’ Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ir-“Regolament dwar it-trade mark Komunitarja”)? |
(2) |
Tali użu huwa magħmul “fir-rigward ta’” merkanzija u servizzi identiċi għal dawk li għalihom hija rreġistrata t-trade mark skont l-Artikolu 5(1)(a) tad-Direttiva dwar it-trade marks u tal-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja? |
(3) |
Tali użu jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ waħda jew taż-żewġ dispożizzjonijiet segwenti:
|
(4) |
Ir-risposta għat-tielet domanda tkun differenti jekk:
|
(5) |
Fil-każ fejn operatur ta’ mutur ta’ tfittxija (i) jippreżenta sinjal li huwa identiku (fis-sens tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-291/00) għal trade mark irreġistrata lill-utent f’search bars li jinsabu fin-naħa ta’ fuq u ta’ isfel tal-paġni ta’ tfittxija li jinkludu link sponsorjat għas-sit Internet tal-kompetitur imsemmi fl-ewwel domanda iktar ’il fuq, (ii) jippreżenta s-sinjal lill-utent fis-sommarju tar-riżultati ta’ tfittxija, (iii) jippreżenta s-sinjal lill-utent permezz ta’ suġġeriment alternattiv meta l-utent ikun daħħal sinjal simili fil-mutur ta’ tfittxija, (iv) jippreżenta paġna tar-riżultati ta’ tfittxija lill-utent li tinkludi il-link sponsorjat tal-kompetitur bħala risposta għall-entrata tas-sinjal mill-utent, u (v) jadotta l-użu tas-sinjal mill-utent billi jippreżenta lil dan tal-aħħar b’paġni tar-riżultati ta’ tfittxija li jinkludu l-link sponsorjat tal-kompetitur, iżda l-link sponsorjat ma jinkludix, fih innifsu, is-sinjal jew sinjal simili, wieħed minn dawn l-atti jew dawn l-atti kollha jikkostitwixxu “użu” tas-sinjal mill-operatur tal-mutur ta’ tfittxija fis-sens tal-Artikolu 5(1)(a) tad-Direttiva dwar it-trade marks u tal-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja? |
(6) |
Tali użu huwa magħmul “fir-rigward ta’” merkanzija u servizzi identiċi għal dawk li għalihom hija rreġistrata t-trade mark skont l-Artikolu 5(1)(a) tad-Direttiva dwar it-trade marks u tal-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja? |
(7) |
Tali użu jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ waħda jew taż-żewġ dispożizzjonijiet segwenti:
|
(8) |
Ir-risposta għas-seba’ domanda tkun differenti jekk:
|
(9) |
Jekk tali użu jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni jew tal-Artikolu 5(1)(a) tad-Direttiva dwar it-trade marks moqri flimkien mal-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitajra, jew inkella tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva dwar it-trade marks moqri flimkien mal-Artikolu 9(1)(ċ) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja, jew saħansitra taż-żewġ artikoli:
|
(10) |
Jekk ir-risposta għad-disa’ domanda iktar ’il fuq tkun li l-użu ma jikkonsistix esklużivament f’attivitajiet li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ wieħed jew iktar minn fost l-Artikolu 12 sa 14 tad-Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku, il-kompetitur jista’ jinsab responsabbli in solidum għal ksur imwettaq mill-operatur tal-mutur ta’ tfittxija skont id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali dwar il-kompliċità? |
(1) L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 40, p. 1)
(2) ĠU L 40, p. 1
(3) ĠU L 178, p. 1