7.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 267/34


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (l-Olanda) fit-3 ta’ Awissu 2009 — Olbek Industrial Services sp. Zoo, parti l-oħra: Minister van Sociale Zaken en Werkgelegenheid

(Kawża C-309/09)

2009/C 267/64

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State (l-Olanda).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Olbek Industrial Services sp. zoo.

Parti l-oħra: Minister van Sociale Zaken en Werkgelegenheid.

Domandi preliminari

1.

L-Artikoli 49 u 50 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li regola interna bħal dik li tidher fid-dispożizzjoni tal-Artikolu 2 tal-Wet arbeid vreemdelingen u flimkien ma’ dik tal-Artikolu 1e(1)(c) tad-digriet ta’ implementazzjoni tiegħu, li teħtieġ li l-kollokament ta’ ħaddiema hekk kif previst fl-Artikolu 1(3)(ċ), tad-Direttiva 96/71/KE (1) jeħtieġ permess ta’ xogħol?

2.

Fuq il-bażi ta’ liema kriterji għandu jiġi stabbilit jekk hemmx kollokament ta’ ħaddiema fis-sens tal-Artikolu 1(3)(ċ) tad-Direttiva 96/71/KE ?


(1)  Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (ĠU 1997, L 18, p. 1).