7.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 267/34


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (l-Olanda) fit-3 ta’ Awwissu 2009 — Vicoplus SC PUH; il-parti l-oħra: Ministru għall-Affarijiet Soċjali u l-Impjieg

(Kawża C-307/09)

2009/C 267/62

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vicoplus SC PUH.

Parti l-oħra: Ministru għall-Affarijiet Soċjali u l-Impjieg.

Domandi preliminari

1.

L-Artikoli 49 u 50 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu regola nazzjonali bħal dik li tirriżulta mid-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 2 tal-Wet arbeid vreemdelingen u tal-Artikolu 1e(1)(c) tad-digriet li jimplementaha, li tipprovdi li l-kollokament ta’ ħaddiema kif previst fl-Artikolu 1(3)(ċ) tad-Direttiva 96/71/KE (1) jeħtieġ permess ta’ xogħol?

2.

Fid-dawl ta’ liema kriterji għandu jiġi ddeterminat jekk kienx hemm kollokament ta’ ħaddiema fis-sens tal-Artikolu 1(3)(ċ) tad-Direttiva 96/71/KE?


(1)  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 96/71/KE, tas-16 ta' Diċembru 1996, dwar l-impjieg [kollokament] ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (ĠU 1997, L 18, p. 1).