7.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 267/33


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-30 ta’ Lulju 2009 — Staatssecretaris van Justitie vs I. Oguz

(Kawża C-301/09)

2009/C 267/61

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Staatssecretaris van Justitie

Konvenut: I. Oguz.

Domanda preliminari

L-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kliem [“]projbizzjoni ġdida[”], fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jinkludi tisħiħ ta’ dispożizzjoni li daħlet fis-seħħ wara l-1 ta’ Diċembru 1980 u li kienet tipprovdi għal laxkar tad-dispożizzjoni applikabbli fl-1 ta’ Diċembru 1980, anki meta dan it-tisħiħ ma jimplika ebda deterjorazzjoni meta mqabbel mad-dispożizzjoni fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 1980?