7.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 267/31


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie van België fid-29 ta’ Lulju 2009 — Vlaamse Gemeenschap vs M. Baesen

(Kawża C-296/09)

2009/C 267/57

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van Cassatie van België

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vlaamse Gemeenschap

Konvenut: M. Baesen

Domandi preliminari

1.

Fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13(2)(d) tar-Regolament Nru 1408/71 (1), il-kunċett ta’ “ħaddiema fis-servizz ċivili u persuni ttrattati bħalhom” għandu jiġi interpretat abbażi tas-sistema nazzjonali tas-sigurtà soċjali li hija assoċjata magħha l-persuna kkonċernata?

2.

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, il-persuna kkonċernata li, permezz ta’ kuntratt ta’ xogħol, hija impjegata minn persuna li tħaddem fis-settur pubbliku, u li, skont is-sistema nazzjonali applikabbli għal ċerti oqsma tas-sigurtà soċjali skont l-Artikolu 4(1) tar-regolament, tkun suġġetta għas-sistema ta’ sigurtà soċjali għal ħaddiema, filwaqt li, fir-rigward tal-oqsma tas-sigurtà soċjali pprovduti fl-Artikolu 4(1)(e) tar-regolament, tkun suġġetta għal sistema speċjali għal ħaddiema fis-servizz ċivili, għandha titqies bħala persuna ttrattata bħal ħaddiema fis-servizz ċivili skont l-Artikolu 13(2)(d) tar-Regolament Nru 1408/71?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU L 149, p. 2)