24.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 256/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (Ir-Renju Unit) fl-24 ta’ Lulju 2009 — British Sky Broadcasting Group plc vs The Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs

(Kawża C-288/09)

2009/C 256/16

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Tax Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: British Sky Broadcasting Group plc.

Konvenut: The Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs.

Domandi preliminari

(1)

Kaxxa ta’ fuq is-sett bl-ispeċifikazzjonijiet tal-kaxxa ta’ fuq is-sett Sky+ mudell DRX 280 għandha tiġi kklassifikata taħt is-subintestatura 8528 71 13, kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill 1214/2007 (1) li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill 2658/87, minkejja n-Noti ta’ Spjega tan-NM adottati mill-Kummissjoni fis-7 ta’ Mejju 2008 (2008/C/112/03) li jirrigwardaw is-subintestatura 8521 90 00 u s-subintestatura 8528 71 13?

(2)

L-Artikolu 12(5)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2) tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat, jobbliga awtorità doganali nazzjonali sabiex toħrog informazzjoni tariffarja obbligatorja li taqbel man-Nota ta’ Spjega tan-NM, sakemm u safejn din in-Nota ta’ Spjega tiġi ddikjarata bħala kunfliġġenti mat-termini tad-dispożizzjonijiet rilevanti tan-NM, inklużi r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-NM, jew jistgħu l-awtoritajiet doganali nazzjonali jkollhom l-opinjoni personali tagħhom f’dan ir-rigward u ma jieħdux inkunsiderazzjoni n-Nota ta’ Spjega meta huma jikkunsidraw li hemm tali kunflitt?

(3)

Fil-każ fejn kaxxa ta’ fuq is-sett bl-ispeċifikazzjonijiet tal-kaxxa ta’ fuq is-sett Sky+ mudell DRX 280 tiġi kklassifikata taħt is-subintestatura tan-NM 8521 90 00, l-applikazzjoni ta’ rata pożittiva ta’ dazji tkun illegali fir-rigward tal-liġi Komunitarja, bħala konsegwenza tal-ksur tal-obbligi Komunitarji taħt il-Ftehim tat-Teknoloġija tal-Informatika (“FTI”) u l-Artikolu II(1)(b) tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 jew il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8521 twassal għall-konklużjoni li l-prodott inkwistjoni jaqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-parti rilevanti tal-FTI?


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1214/2007 tal- 20 ta’ Settembru 2007 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni tad-Dwana (ĠU L 286, p. 1)

(2)  ĠU 1992, L 302, p. 1