12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāts (Ir-Repubblika tal-Latvja) fil-25 ta’ Ġunju 2009 — Dita Danosa vs SIA LKB Līzings

(Kawża C-232/09)

2009/C 220/37

Lingwa tal-kawża: Il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākās tiesas Senāts (Ir-Repubblika tal-Latvja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Dita Danosa

Konvenuta: SIA LKB Līzings

Domandi preliminari

1)

Membru ta’ bord li jmexxi kumpannija ta’ kapital għandu jitqies bħala ħaddiem skont id-dritt Komunitarju?

2)

Il-fatt li l-Artikolu 224(4) tal-Kodiċi tal-Kummerċ Latvjan jippermetti t-tneħħija ta’ membru tal-bord tad-diretturi ta’ kumpannija ta’ kapital mingħajr ebda restrizzjoni, u b’mod partikolari mingħajr ma tittieħed inkunsiderazzjoni t-tqala ta’ tali membru, huwa inkompatibbli mal-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/85/KEE (1) u mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-introduzzjoni ta’ mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (l-għaxar Direttiva partikolari fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE), ĠU L 348, p. 1