12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (Il-Ġermanja) fil-25 ta’ Ġunju 2009 — Hauptzollamt Oldenburg vs 1. Theodor Aissen, 2. Hermann Rohaan; intervenjent: Bundesministerium der Finanzen

(Kawża C-231/09)

2009/C 220/36

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent

:

Hauptzollamt Oldenburg

Konvenuti

:

1.

Theodor Aissen,

2.

Hermann Rohaan

Intervenjent

:

Bundesministerium der Finanzen

Domandi preliminari

1)

Id-dritt Komunitarju, b’mod partikolari, l-Artikolu 5(k) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi taxxa fil-qasam tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kwantità ta’ referenza ta’ produttur li, matul perijodu kurrenti ta’ tnax-il xahar, jakkwista azjenda agrikola mingħand produttur ieħor, ma tinkludix il-kwantità li fir-rigward tagħha, matul il-perijodu ta’ tnax-il xahar inkwistjoni, il-ħalib ġie kkunsinnat mill-produttur l-ieħor qabel it-trasferiment tal-azjenda agrikola?

2)

Id-dispożizzjonijiet tad-dritt Komunitarju jew prinċipji ġenerali li jirregolaw l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti mill-ħalib jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, fil-kuntest tal-ibbilanċjar tal-parti mhux użata tal-kwantità ta’ referenza nazzjonali mal-provvisti ta’ kwantitajiet eċċessivi msemmija fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament Nru 1788/2003 fis-sitwazzjoni inkwistjoni fl-ewwel domanda, tawtorizza lill-prodottur, li jkun akkwista l-azjenda agrikola matul il-perijodu ta’ tnax-il xahar, jinkludi l-parti tal-kwantità ta’ referenza li diġà ġiet ikkunsinnata mill-prodottur l-ieħor sabiex jipparteċipa fl-allokazzjoni tal-parti mhux użata?


(1)  ĠU L 2003 L 270, p. 123.