|
15.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 193/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāts (Il-Latvja) fl-4 ta’ Ġunju 2009 — Schenker SIA vs Valsts ieņēmumu Dienests
(Kawża C-199/09)
2009/C 193/12
Lingwa tal-kawża: Il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākās tiesas Senāts (il-Latvja).
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Schenker SIA.
Konvenut: Valsts ieņēmumu Dienests.
Domanda preliminari
L-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2454/93 (1) tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta ssir applikazzjoni għal informazzjoni tariffarja obbligatorja, għandha tingħata informazzjoni obbligatorja dwar merkanzija identika, li għandha l-istess isem kummerċjali, l-istess numru li jidentifika l-oġġett jew kwalunkwe kriterju distintiv ieħor tal-merkanzija, jiġifieri li jidentifikaha?
(1) ĠU L 253, p. 1.