4.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 153/30


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-170/09)

2009/C 153/57

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Peere u P. Dejmek, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża

Talbiet

tikkonstata li billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ottubru 2005, dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (1) u, f’kull każ, billi ma kkomunikathomx lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Franċiża naqset mill-obbligi tagħha skont din id-direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika Franċiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/60/KE skada fil-15 ta’ Diċembru 2007. Fid-data ta’ preżentazzjoni ta’ dan ir-rikors, il-konvenuta ma kinitx għadha adottat il-miżuri neċessarji kollha għat-traspożizzjoni tad-Direttiva jew, f’kull każ, hija ma kinitx ikkomunikathom lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 309, p. 15.